Għandek mistoqsijiet dwar il-kanċer?
Kellem b'mod konfidenzjali ma' ners tal-kanċer mill-Kunsill tal-Kanċer (Cancer Council). In-nersijiet tagħna tal-kanċer li huma minn tagħna jistgħu:
- jibgħatulek tagħrif dwar il-kanċer.
- jispjegawlek it-testijiet u l-kura tal-kanċer b'mod li hu faċli li tifhem
- jitkellmu dwar l-emozzjonijiet, il-beżgħat jew il-mistoqsijiet li jista' jkollok.
- jagħtuk tagħrif dwar is-servizzi li jistgħu jgħinuk inkluż għajnuna legali u finanzjarja.
Kellem lin-ners tal-kanċer, b'interpretu.
Ċempel 13 14 50 u tħallas biss daqs telefonata lokali (għajr bil-mobajls), mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9am sal-5 pm u segwi dawn il-passi.
- Għid x'lingwa għandek bżonn
- Ibqa' fuq il-linja għall-interpretu (jista' jieħu sa 3 minuti)
- Itlob lill-interpretu jikkuntattja l-Linja Telefonika tal-Għajnuna tal-Kunsill tal-Kanċer ta' Victoria (Cancer Council Victoria) fuq 13 11 20.
- Int ser tiġi kkonnettjat mal-interpretu u ners tal-kanċer.