Malti (Maltese)

Għandek mistoqsijiet dwar il-kanċer?

Kellem b'mod konfidenzjali ma' ners tal-kanċer mill-Kunsill tal-Kanċer (Cancer Council). In-nersijiet tagħna tal-kanċer li huma minn tagħna jistgħu:

  • jibgħatulek tagħrif dwar il-kanċer.
  • jispjegawlek it-testijiet u l-kura tal-kanċer b'mod li hu faċli li tifhem
  • jitkellmu dwar l-emozzjonijiet, il-beżgħat jew il-mistoqsijiet li jista' jkollok.
  • jagħtuk tagħrif dwar is-servizzi li jistgħu jgħinuk inkluż għajnuna legali u finanzjarja.

Kellem lin-ners tal-kanċer, b'interpretu.

Ċempel 13 14 50 u tħallas biss daqs telefonata lokali (għajr bil-mobajls), mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9am sal-5 pm u segwi dawn il-passi.

  • Għid x'lingwa għandek bżonn
  • Ibqa' fuq il-linja għall-interpretu (jista' jieħu sa 3 minuti)
  • Itlob lill-interpretu jikkuntattja l-Linja Telefonika tal-Għajnuna tal-Kunsill tal-Kanċer ta' Victoria (Cancer Council Victoria) fuq 13 11 20.
  • Int ser tiġi kkonnettjat mal-interpretu u ners tal-kanċer.

Biex tara l-fajls li ġejjin li għandek bżonn Adobe Acrobat Reader. Niżżlu B'XEJN

Malti

English equivalents 

Kif tkun taf li għandek u kif tevita l-kanċer tal-musrana Finding and preventing bowel cancer
Naqqas ir-riskju tiegħek tal-kanċer Cut your cancer risk
Updated: 04 Jun, 2015